Il-Politika tal-Cookies ta’ Ancestry

Din il-politika tal-Cookies tiddeskrivi kif Ancestry tuża l-cookies u teknoloġiji simili oħra, bħal pixels u oġġetti ta’ ħażna lokali (li aħna nirreferu għalihom kollettivament bħala “Cookies”) b’rabta mas-Servizzi tagħha. Kwalunkwe terminu b’ittri kapitali li mhuwiex iddefinit b’mod differenti hawn taħt għandu t-tifsira mogħtija lilu fid-Dikjarazzjoni tal-Privatezza tagħna.

X’inhi Cookie?

Il-Cookies huma fajls testwali żgħar li jinħażnu fil-brawżer tiegħek jew fuq il-hard drive tiegħek, li jippermettulna niddistingwu bejnek u bejn il-viżitaturi l-oħra. Il-biċċa l-kbira tas-siti li żżur jużaw il-Cookies biex itejbu l-esperjenza tiegħek - u aħna m’aħniex differenti. Dawn jgħinu lill-fornituri tas-siti b’affarijiet bħal li jiftakru d-dettalji tal-login ta’ utent, jaħżnu l-preferenzi tas-sit u jifhmu kif utent jinteraġixxi ma’ sit.

Ancestry kif tużahom il-Cookies?

Aħna nużaw il-Cookies f’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Privatezza tagħna biex:

  • niżguraw li s-Servizzi tagħna jaħdmu kif suppost;
  • insibu u nipprevjenu l-frodi;
  • nifhmu kif il-viżitaturi tagħna jużaw u jinteraġixxu mas-sit tagħna;
  • nissettjaw il-preferenzi tiegħek;
  • nipprovdu reklamar rilevanti; u
  • nanalizzaw u ntejbu s-Servizzi.

Min jissettja l-Cookies meta nuża s-Servizzi ta’ Ancestry?

Hemm żewġ tipi prinċipali ta’ Cookies li jistgħu jiġu ssettjati:

  • Cookies tal-Parti Ewlenija: dawn il-Cookies jitpoġġew direttament minn Ancestry meta tuża s-servizzi tagħna. Il-Cookies tal-Parti Ewlenija jistgħu jinkludu Cookies minn Fornituri ta’ Servizzi.
  • Cookies ta’ Parti Terza: dawn il-Cookies ma jappartjenux għal Ancestry. Huma ta’ kumpaniji oħra, bħal Google jew YouTube, u jintużaw għall-analitika tas-sit u għal skopijiet ta’ reklamar. Ara aktar dettalji hawn taħt dwar kif tiġġestixxi dawn il-Cookies. Il-Cookies ta’ Parti Terza se jkunu qed jipprovdu servizz lil Ancestry jew funzjoni lilna iżda Ancestry ma tistax tikkontrolla kif jintużaw dawk il-Cookies ta’ Parti Terza.

Hemm ħafna benefiċċji għaliex għandhom jintużaw il-Cookies. Pereżempju, kull darba li żżur is-sit tagħna nistgħu nilloggjawk awtomatikament, u niftakru l-preferenzi tiegħek. Barra minn hekk, inħalluk illoggjat inti u tesplora s-sit u nagħtuk esperjenza personali.

X’Cookies tuża Ancestry?

Kategoriji tal-Użu Deskrizzjoni
Meħtieġa Il-Cookies Neċessarji huma essenzjali għat-tħaddim tas-Servizzi tagħna. Dawn il-Cookies jagħmlu affarijiet bħal li jiżguraw li l-password tiegħek taħdem u li inti tibqa’ lloggjat meta tibdel il-paġna fuq is-sit elettroniku u jgħinu lis-sit jiftakar dettalji bħal x’għandek fil-basket jew sa fejn wasalt f’ordni. Il-Cookies meħtieġa ma jistgħux jitneħħew jew jintfew.

Aħna nużaw dawn il-Cookies b’numri ta’ modi, fosthom:

  • Awtentifikazzjoni – Biex niftakru l-istat-tal-login tiegħek ħalli ma jkollokx għalfejn terġa’ tagħmel login inti u tinnaviga s-siti elettroniċi tagħna.
  • Prevenzjoni u Identifikazzjoni ta’ Frodi – Biex tgħinna nimmonitorjaw u nidentifikaw użu potenzjalment ta’ ħsara jew illegali tas-Servizzi tagħna.
  • Sigurtà – Biex nipproteġu d-data tiegħek minn aċċess mhux awtorizzat.
Analitika Il-Cookies tal-Analitika jgħinuna nifhmu kif l-utenti jinteraġixxu mas-Servizzi tagħna. Aħna nużaw dawk il-Cookies biex nanalizzaw u ntejbu s-Servizzi tagħna. Il-Cookies tal-Analitika jgħinuna nifhmu kif in-nies jilħqu s-sit elettroniku tagħna u jagħtuna għarfien dwar titjib jew tisħiħ li rridu nagħmlu fis-Servizzi tagħna.

Nużawhom biex intejbu kif jaħdem is-sit tagħna, nifhmu x’jinteressa lill-utenti tagħna, u nkejlu l-effettività tal-kontenut.

Reklamar

Il-Cookies tar-reklamar jintużaw biex nifhmu aħjar l-interessi tiegħek u nuruk reklami minn Ancestry u mill-imsieħba tar-reklamar terzi tagħna li huma aktar rilevanti għalik. Il-Cookies tar-Reklamar jistgħu jintużaw biex tiġi mqassma d-dejta mar-reklamaturi (nirreferu għalih anke bħala reklamar ibbażat fuq l-imġiba online) u dan jippermettilhom isegwu d-dejta tal-attività tiegħek fuq is-siti web tagħna u siti oħra, li tista’ tintuża biex jibnu profil tal-interessi tiegħek u jimmiraw il-kontenut lejk fis-siti ta’ partijiet terzi.

Il-Cookies tar-Reklamar jippermettu wkoll li taqsam ċerti paġni man-networks soċjali (eż. il-buttuni "like" u "share" fuq is-sit web tagħna.)

Dawn il-Cookies jillimitaw in-numru ta’ drabi li tara reklam. Aħna naħdmu ma’ partijiet terzi li jagħmlu dan għalina u nistgħu, f’ċirkostanzi limitati, inpoġġu wkoll reklami fis-siti tad-ditti relatati tagħna.

Funzjonali / Preferenza Dawn il-Cookies jippermettu lis-sit tagħna jaħdem bl-aħjar mod u jiftakar il-preferenzi tiegħek meta jkollok kont magħna (bħall-isem tal-utent, il-lingwa jew ir-reġjun fejn tinsab). Jgħinuna wkoll nifhmu kif jintuża s-sit tagħna sabiex inkunu nistgħu nkejlu u ntejbu l-prestazzjoni tiegħu.

X’teknoloġiji oħra ta’ traċċar jintużaw?

Kategoriji Deskrizzjoni
Pixels Pixel (magħrufa wkoll bħala web beacons, action tags) hija immaġni ċkejkna li tinsab fil-paġni tal-web u l-emails, li teħtieġ li ssir sejħa (li tipprovdi informazzjoni dwar it-tagħmir u ż-żjara) lis-servers tagħna sabiex il-pixel tintwera f’dawk il-paġni web u l-emails. Aħna nużaw il-pixels biex nitgħallmu aktar dwar l-interazzjonijiet tiegħek mal-kontenut tal-email jew il-kontenut tal-web, bħal jekk inti ftaħtx email jew interaġixxejtx ma’ reklami. Il-pixels jistgħu wkoll jippermettu lilna jew lil partijiet terzi npoġġu Cookies fuq il-brawżer tiegħek.
Ħażna Lokali Il-ħażna lokali tippermetti lil sit elettroniku jew applikazzjoni jaħżnu informazzjoni lokalment fuq it-tagħmir tiegħek. Il-ħażna lokali tista’ tintuża biex ittejjeb l-esperjenza ta’ Ancestry, pereżempju, billi tattiva karatteristiċi, tiftakar il-preferenzi tiegħek u tħaffef it-tħaddim tas-sit.
SDKs Kitt tal-iżvilupp tas-software, jew SDK, hija pakkett ta’ software li jista’ jitniżżel użat fl-applikazzjonijiet tal-mowbajl. SDK tipika jista’ jkun fiha APIs li huma biċċiet ta’ kodiċi ddefiniti minn qabel li jgħinuk twettaq kompiti ta’ programmar komuni fuq il-pjattaforma jew għodod oħra li jgħinuna nagħmlu affarijiet bħad-debugging, il-bini, it-tħaddim, u l-ittestjar tal-apps tal-mowbajl tagħna.

X’Cookies tuża Ancestry?

It-tabella tal-Cookies ta’ Ancestry telenka l-Cookies ta’ partijiet ewlenin u terzi użati fis-siti tagħna, flimkien mal-imsieħba tagħna. Jekk jogħġbok innota li l-ismijiet tal-Cookies, il-pixels u teknoloġiji oħra jistgħu jinbidlu maż-żmien u aħna se naġġornaw ir-riżorsi tagħna meta jiġri dan.

Kif nimmaniġġja l-Cookies tiegħi?